Nuqqas ta Separazzjoni u Reklamar b Habi
L-Awtorita' qed tinnota li fi programmi televizivi mhux qed ikun hemm bizzejjed separazzjoni bejn kontenut informattiv u kontenut reklamatorju. Li qed jigri hu li rokna informattiva qed tigi separata mir-reklami fuq l-istess suggett tar-rokna informattiva b jingli biss b mod li t-telespettatur ftit li xejn ikun jista jiddistingwi bejn ir-rokna informattiva u r-reklam abbinat ma dik ir-rokna. Fin-nuqqas ta separazzjoni cara u netta bejn ir-rokna informattiva u r-reklam, l-Awtorita' tqis ir-rokna informattiva bhala reklam shih, li r-rokna informattiva tinghad ghall-fini tal-kalkolu tat-12-il minuta ta reklamar f siegha orarja u bhala reklam b habi.
Ghalhekk, biex ikun hemm separazzjoni cara u distinta bejn rokna informattiva u reklam abbinat ma din ir-rokna, l-Awtorita' tixtieq ticcara dan li gej:
a) is-sett li jintuza fir-rokna informattiva m ghandux ikun is-sett li jintuza fir-reklam li jixxandar wara li tispicca r-rokna informattiva;
b) il-prodott li jigi reklamat wara li tispicca r-rokna informattiva m ghandux ikun l-istess prodott imsemmi fir-rokna informattiva;
c) fir-reklam ma tistax issir referenza ghall-prodotti li jkunu ntwerew fir-rokna informattiva la mill-prezentatur u/jew mill-mistieden/mistednin;
d) fir-rokna informattiva ma tistax issir referenza la mill-prezentatur u/jew mill-mistieden/mistednin ghall-prodotti li jkunu se jissemmew fir-reklami li jsegwu dik ir-rokna;
e) idealment il-parti reklamatorja ghandha tkun rekordjata minn qabel.
Dr Kevin Aquilina
Kap Esekuttiv
10 ta Dicembru 2007
Ref 17/62