Stqarrija 26/19
Hadd Ghalik tal-15 ta Dicembru 2019
Fl-isfond tal-kontroversja li nqalghet fir-rigward tal-programm Hadd Ghalik li kien previst li jixxandar ilbierah, l-Awtoritá tax-Xandir intalbet tintervjeni mill-Onorevoli David Agius wara li s-Sur Agius hass li l-programm tal-loghob mad-dami tal-pantomimi tal-Milied ma kellux jixxandar u dan wara li skont hu nbidlu c-cirkostanzi minn mindu kien sar ir-rikording tal-programm hames gimghat qabel.
L-Awtorità tixtieq ticcara li, lejlet li kellu jixxandar il-programm, iddirigiet li dan jista jixxandar bi crawl li kellha tintwera matul il-programm u li kienet ser tindika li dan kien gie rrekordjat hames gimghat qabel. Din id-decizjoni giet ikkomunikata lill-Onoroveli David Agius u lill-PBS.
Wara din il-komunikazzjoni, l-Onoroveli David Agius rega baghat komunikazzjoni darb ohra u talab sabiex partijiet mill-programm fejn jidhru d-deputati Nazzjonalisti jigu editjati. Dan però ma seta qatt isir mill-Awtorità minhabba li ma ghandhiex il-fakultà li teditja partijiet minn xi programm. Ir-rwol tal-Awtorità tax-Xandir hu li tara li meta jixxandar programm, dan ikun qed ihares il-provvedimenti tal-ligi tax-xandir.
Mario Axiak
16 ta Dicembru 2019
Kap Ricerka u Komunikazzjoni
Ref 13/91