21/08 - 02May2008

Rapport dwar Drama Imxandra fuq l-Istazzjonijiet Lokali

Id-Dipartiment tal-Monitoring hejja rapport analitiku dwar il-programmi ta drama li xxandru fuq l-istazzjonijiet lokali fil-perijodu Jannar sa April 2008. Dan ir-rapport jirrifletti l-veduti tal-persuni li kitbuh u mhux necessarjament ta l-Awtorita' tax-Xandir.

Madankollu, peress li dan jista jservi ta feedback ghal dawk l-istazzjonijiet u produtturi indipendenti li jipproducu dan il-generu ta programm, l-Awtorita' ddecidiet li ticcirkola dan ir-rapport intern lill-istazzjonijiet.

Dr Kevin Aquilina
Kap Esekuttiv
2 ta Gunju 2008
Ref 8/99


Rapport dwar drama imxandra fuq l-istazzjonijiet lokali

Dan ir-rapport gie mhejji sabiex jitfa dawl fuq il-livell ta kwalità fil-programmi li jaqghu taht il-kappa ta ‘Drama Lokali . Il-programmi li gew immoniterjati fil-perjodu bejn Jannar 2008 – April 2008 kienu jinkludu Intricci, Kristu tal-Kerrejja, Santa Monika, It-Tmien Nota, Gizelle, Marvin, Dejjem Tieghek Becky, Min hu bla htija (ara lista annessa Appendici 1).

Riflessjoni fuq il-livell ta kwalità:

Kwalita fil-programmi ta dan il-generu (drama lokali) timplika diversi fatturi li qajla jinstabu f dawn il-produzzjonijiet. Ghalkemm sar sforz u titjib, wiehed ma jistghax ma jinnotax li l-livell ta kwalità tal-programmi, b mod partikolari fejn tidhol drama, ghadu pjuttost delettantesk u kemmxejn medjokri.

Patronanza, kontradizzjonijiet u superficjalita fejn jidhlu certu temi:

Din in-nuqqas ta professjonalità tohrog bic-car mill-istejjer prezentati in generali u anke mill-iscript. Jinhass li produzzjonijiet bhal ‘Dejjem tieghek Becky , ‘Intricci u ‘Min hu bla Htija jiehdu l-libertà li jinterpretaw in-narrativa taghhom stess b rizultat li mhux qed jaghtu cans lil udjenza biex tkun kritika u kreattiva.

Mid-direzzjoni artistika ta ‘Gizelle u qablu ‘Ghada jisbah ukoll , johrog bic-car li djar tal-produzzjoni esprimew stil ta direzzjoni li rrizulta f miljorament fil-forma u kontenut. Jinhass li dawn iz-zewgt sensiliet immarkaw bidla kemm f kontenut u kif ukoll f livell ta kwalita . Tajjeb ukoll li f dan il-kuntest ikun hawn spazju ghal riflessjoni u kritika. Ghalkemm produzzjoni bhal ‘Gizelle hija relattivament ta kwalità, jinhass li xi drabi, xi episodji kienu xi ftit imgebbdin.

Sensiela bhal ‘Dejjem tieghek Becky timpjega r-rwol ta drama bhala mezz didattiku. ‘Dejjem tieghek Becky irid jimxi maz-zmien u jhaddan valuri inklussivi, izda jinhass li hemm certu superficjalità meta jigu affrontati certi suggetti, ezempju l-omosesswalità, certu problemi socjali bhal vjolenza domestika u s-suggett tal-promiskwità. Jinhass li din is-sensiela trid tnissel certu valuri b mod patronizzanti hafna, li jinhassu li ntilfu, u xi drabi tiffoka fuq sterjotipi biex iggib diversi ezempji.

Bhala ezempju wiehed jista jsemmi illi fic-centru ta l-istorja f episodju partikolari kien hemm familja b certi problemi socjali. Hawnhekk il-bacir tat-Tarzna kien jidher fl-isfond waqt djalogu bejn membri ta din il-familja. Ghalkemm jinhass li dan kien mahsub biex jindika li f dik il-parti ta Malta tezisti prevalenza ta familji bi problemi socjali, u minkejja li minn naha tal-produttrici kien hemm sforz genwin sabiex tinkludi zona partikolari f Malta, ma jistghax wiehed ma jinnotax illi f istess hin sterjotip ta faqar socio-ekonomiku, sinonimu ma dawn in-nahat gie imsahhah.

Il-kwistjoni ta l-omosesswalita hija suggett ghall-qalb diversi djar tal-produzzjoni lokali. Ghalkemm huwa tajjeb li dan is-suggett jigi affrontat, jinhass li hemm enfasi eccessiva fuq l-orjentazzjoni nnifisha, b rizultat li din l-attenzjoni kollha tista xi kultant tinforza d-differenza li l-omosesswali jista /tista jhoss. Suggett bhal dan ghandu jigi trattat b mod fattwali u b inqas ‘melodrama !

Punt iehor li hareg min dan l-ezercizju huwa li hemm riluttanza fejn jidhlu suggetti ‘jaharqu . Jinhass li hemm biza minn naha tad-djar tal-produzzjoni biex jaffrontaw dawn il-fenomini socjali bhal per ezempju divorzju, abort ecc..; u ghalkemm jidher li hemm sforz genwin biex il-produzzjonijiet ikattru valuri ta inkluzjoni jinhass li hafna drabi jispiccaw jaccentwaw aspetti tradizzjonali. Ghada ma dahlitx id-drawa fid-drama televisiva lokali li jkun hemm tmiem mhux konklussiv! Tmiem aktar miftuh ghall-immaginazzjoni u l-interpretazzjoni.

Relatat ma dan wiehed jinnota wkoll illi fix-xena tad-drama televiziva lokali, wara grajja li tipprezenta xi tip ta problema jkun hemm tmiem seren u pozittiv. Fis-sensiela Marvin il-produzzjoni ipprovat tmur kontra din it-tendenza billi tkisser l-illuzjoni li kollox ikollu tmiem felici. Jinhass illi l-produtturi ohrajn ghandhom jimitaw dan l-istil u jikkunsidraw aktar bis-serjeta tmiem ta serje b dan il-mod?

Realizmu:

Jinhass li l-kwistjoni tar-rejalizmu li kien diskuss fir-rapport dwar il-kwalità fil-programmi ta Ernest & Young ma kienitx giet ezawrita. Is-suggett bid-dimensjonijiet kollha tieghu fadallu fejn jigi aktar esplorat. Biz-zejjed nghidu li definizzjoni cara ta dan il-kuncett baqghet ma nghatatx. Meta nittrattaw dan is-suggett tajjeb li nistaqsu l-mistoqsija: realizmu vis-à-vis xiex? Per ezempju jekk xi sensiela qed titratta l-hajja ta l-omosesswali, kemm ikun gustifikat li l-attur ikun omosesswali fil-hajja privata tieghu/taghha? Il-versimilitudni ta l-atmosfera tikkontradixxi l-aspettativi tat-telespettaturi. Ghalhekk il-produzzjoni tkun xi ftit artificjali f dan ir-rigward.

l-uzu tal-lingwa f certu kuntesti jista johloq interferenza fir-ritmu tad-drama b hekk jimmanifestaw ruhhom ‘clichés u l-produzzjoni tizloq fin-niexef meta jkun hemm sforz ghal riflessjoni serja.

Anakronizmu jew riflessjoni serja fuq il-hajja kontemporanja:

Nemmnu li jkun iktar ghaqli li kieku l-kritika tkun ta natura kostruttiva. It-telespettaturi immaturaw u mxew maz-zminijiet rispettivament u relativament. Ghandna niftakru fil-produzzjoni originali tas-sensiela ‘L-Madonna tac-Coqqa u l-kontroversja li din qajmet…id-dram teatrali ‘Sulari fuq Strada Stretta u kif dan rega ttella tletin sena wara minghajr censura. Izda tajjeb jekk nirriflettu u nistaqsu jekk is-suggetti affrontati ghandhomx valur illum? Bhala poplu mmaturajna biz-zejjed jew is-suggetti li qed nikkonfrontaw huma anakronistici? Jinhass li din ghandha tkun il-preokkupazzjoni wara sensiela ta drama televiziva, jekk inhossu li d-drama ghandha tkun didattika. Il-kuncett tad-drama (kemm fuq it-televisjoni u kemm fuq il-palk) irid ikun miftuh ghal izjed djalogu u suggestivita u t–telespettaturi / udjenza trid tkun izjed assertiva informata u iffurmata.

Dan mhux kollox. Biex drama televiziva taghmel success u tkun ta kwalita jrid ikun hemm ricerka serja u l-producers ghandhom jistudjaw aktar fil-fond primarjament il-popolazzjoni li tkun fil-mira, kif ukoll ir-rejaltajiet tal-mument.

Il-produzzjoni ta ‘Gizelle fethet bibien godda ghal drama televisiva lokali u tghat opportunita biex ucuh godda jaghtu semhom bl idejat u l-vizjoni taghhom. Ma dan kollu, ghalkemm il-kontenunt ma jinhassx li huwa recliklat, xi drabi din is-sensiela kienet xi ftit imgebbda u xi ftit mill-atturi, f xi drabi jinqabdu jisfurzaw biex jivverbalizzaw rwiehhom.

Nuqqas ta sottilezza:

Drama televiziva bhal ‘Intricci hija kemm xejn fqira u superficjali kemm fil-kontenut u kif ukoll fil-kitba. Hemm nuqqas ta sottilezza – implicita –  li taghti spazju ghal riflessjoni. Ma dan kollu tajjeb li nistaqsu: Jekk ikun hemm izjed sottilezza jista jghati l-kaz li t-telespettaturi ma jindunawx b certu affarjiet? X iridu t-telespettaturi li l-bajtra taqa f halqom,  u li jikkunsmaw drama televisiva bhal ma jikkunsmaw  ikla? Jinhass li hemm nuqqas ta ricerka minn - naha tad-djar tal-produzzjoni u d-diskors ghandu jkun verbalizzat b mod izjed implicitu.

Il-muzika wkoll hija fattur importanti hafna fil-kuntest ta drama. Is-Sekwenza muzikali tista tissuggerixxi burdata partikolari izda fil-programm ‘Intricci din tigi manipulata biex twassal it-telespettaturi ghal interpretazzjoni wahda - ma hemmx spazju ghal spettru uwsa. Jinhass li hija sitwazzjoni ta ‘jew nejja, jew mahruqa .

Rikorrenza qawwija ta l-istess tema u modi:

Qabel il-qawmien letterarju l-poezija u l-proza Maltija kienet dominata mis-suggett tar-religjon. Kemm il-poezija u kif ukoll il-proza esplorat territorju gdid. Jinhass li f xi produzzjonijiet dan mhux il-kaz. Produzzjonijiet lokali huma avventuruzi sakemm jistabilixxu ruhhom. Id-dar tal-produzzjoni 26th Frame huwa ezempju car ta dan. Ghalkemm din id-dar tal-produzzjoni ghandha materjal ta kwalita , jinhass li hemm hafna mill-istess. Hemm ripetizzjoni ta kif dawn jahdmu fuq ‘camera shots.

Jekk wiehed jara u jipprova jqabbel il-produzzjonijiet li gew mahduma sa issa, wiehed jintebah b timbru artistiku pero ma hemmx progressjoni minn programmi bhal ‘Il-lejl it-Tajjeb , ‘Pupi u ‘Kristu tal-kerrejja . It-26th frame qishom qabdu ma formula u fuq bazi ta l-istess formula. Jinhass li ghalkemm dan huwa pass importanti jista jkun kontroproducenti, ghaliex il-prodott dejjem ser ikollu l-istess ikonografija u montatura.

‘Kristu tal-Kerrejja huwa ambjentat fis-sittinijiet. Din is-sensiela tirrigwardja l-preokkupazzjoni ta qassis zaghzugh li huwa ttormentat bid-dubbju tal-ezistenza ta Alla. Ir-rectar huwa kemm xejn mexxej u l-‘camera shots huma aestetikament interessanti izda kif inghad qabel hemm hafna  mill-istess. Xi kritika ohra mmirata lejn din is-sensiela, hi li bhal Marvin il-karattru principali huwa kemm xejn ezagerat; ovvjament il-kuntest tan-narrattiva titlob dan, izda jinhass li ghandu jkun hemm izjed hsieb u inqas esplicita fil-konfront tas-sensiela. Hemm kritika gustifikata lejn is-socjeta civili u kif din ma tifhimx u sahansitra tikkundanna dak li jista johloq dubbju. Tohrog bic-car certu ipokrezija hekk imsejha Kristjana li tabbina ruha mal-klassi tan-nofs, li hija ossessjonata biex izomm l-apparenza akkost ta u fuq kollox.

Id-diskors ta l-iskript huwa kongruenti mas-sekwenzi tas-sensiela izda xi kultant certu azzjonijiet mhumiex daqshekk kredibli. Il-biki huwa kemmxejn sfurzat u l-fattizzi jew il-manjieri (non-verbals) jikkontradixxu dak li jkunu qed jinghad mill-atturi nfushom.

Irregolaritajiet u ksur tal-ligi:

Ghal dawk li huma irregolaritajiet, irridu nghidu li fil-maggoranza tal-kazijiet, il-produzzjonijiet ikkoncernati naqsu milli jharsu paragrafu 3.1(vi) tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika ta l-2007 dwar Wiri u Smigh ta Programmi ghall – Familja. Dan il-paragrafu jishaq li fi programm televiziv ic-certifikat tal-programm irid ikun fejn jidher ghal matul l-ewwel tletin (30) sekonda malli jerga   jibda jixxandar jew kulmeta jerga jibda l-programm wara kull intervall. Dan il-ksur kien konsistenti fil-episodju tas-sensiela Marvin ta 3 ta Jannar 2008 u t-2 ta April 2008. Ezempju iehor li jista jkun ikkwotat huwa mis-sensiela ‘Gizelle ta 18 ta Marzu 2008 li kien konsistenti ma dan il-paragrafu. Ma dan kollu, il-wiri tac-certifikati fil-programmi li gew immoniterjati kienet l-eccezzjoni aktar milli n-norma.

Ksur iehor li ltqajna mieghu tul dan l-ezercizzju ta monitoragg tad-drama televiziv lokali, ghandu x jaqsam ma reklamar b habi. Jidher car, ta l-inqas minn xi edizzjonijiet partikolari, illi l-influwenza ta l-isponsors qieghda hemm; dan ikun b vantagg kummercjali ghal varji sponsors involuti filwaqt li jkun impertinenti fil-konfront tat-telespettaturi.

Fil-episodju tas-sensiela ‘Min Hu bla Htija ta 3 April 2008, kien hemm iffukar fuq il-lukanda ‘Radisson SAS . Kien hemm kaz simili fil-episodju ta ‘Marvin ta 2 April 2008, meta f xena partikolari intweriet faccata ta hanut - ‘BulkHead . Ezempju iehor sehh f episodju li xxandar fit-3 ta Jannar 2008 meta kien hemm inkwadjatura fuq cellulari tad-ditta ‘Motorola (Marvin).

F Gizelle ta 8 ta April 2008 kien hemm l-istess irregolarita meta kien hemm inkwadratura fuq cinturin tad-ditta ‘Levis . Jinhass li l-kazijiet kollha setghu gew evitati bl-aktar mod facli. Ghaldaqstant dan l-agir jirrizulta fi ksur ta paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta l-Att dwar ix-Xandir.

Konkluzjoni:

Ghalkemm ma jkunx ta beneficcju jekk wiehed jinnega l-fatt li kien hemm miljorament fil-produzzjonijiet tad-drama lokali, wiehed ikun ingenwu jekk jahseb li nqerdet il-medjokrita f dan il-qasam. Huwa minnu li lokalment is-suq hu drastikament zghir u ghal kull ghadma mhux mitt kelb hawn…izda din tkun wisq fqira bhala skuza.

Kull min ghandu x jaqsam max-xandir lokali ghandu jkun/tkun imharreg sewwa fix-xandir, sabiex ikun jista joffri prodott ta certa kwalita . Il-persuna ikkoncernata jrid ikollha diversi pri-rekwiziti, liema pri-rekwiziti f dan il-kuntest, ghandhom joholqu prodott li jiddeverti, u jistimula l-immaginazzjoni u l-hsieb tat-telespettatur. Permezz ta dan nemmnu li jista jinkiseb livell accettabli ta professjonalita u possibilment ukoll, jissahhah l-element ta kompettitivita f dan il-qasam ta xandir.

Fl-ahhar wiehed jissugerixxi illi minflok jigu ikkopjati stili ta xandir li jkunu hadmu barra minn xtutna, ghandna nistudjaw aktar fil-fond il-popolazzjoni Maltija, kif ukoll il-bidla socjali li ssehh kontiwament sabiex tkun tista titfassal tip ta trassmissjoni aktar addattata u kongruwenti mat-telespettaturi.

Il-livell irid joghla jekk jippretendu serjetà u professjonalità. Bhalissa dak li qed jigi offrut huwa ‘old wine in new bottles'.


Appendici 1: Episodji ta Sensiliet Lokali li gew Immoniterjati ghall-finijiet ta dan l-Ezercizzju.

Intricci   Min hu bla htija   Il-Kristu tal-Kerrejja
30-03-08
13-04-08
06-04-08
03-04-08
10-04-08
17-04-08
15-04-08
22-04-08
29-04-08
Gizelle Dejjem Tieghek Becky Santa Monika
18-03-08
25-03-08
08-04-08
15-04-08
06-04-08
19-04-08 (repeat)
20-04-08
17-03-08
24-03-08
31-03-08
07-04-08
Marvin It-Tmien Nota
17-01-08
24-01-08
31-01-08
16-03-08
23-03-08
30-03-08
02-04-08
12-02-08
19-02-08
26-02-08
11-03-08
18-03-08