[13/10] Talba għal Dritt ta' Risposta mill-Partit Nazzjonalista (19/07/2010)

Stqarrija ghall-Media 13/10

Talba ghal Dritt ta Risposta mill-Partit Nazzjonalista

L-Awtorità kellha quddiemha ilment, datat 11 ta Gunju, 2010, mill-Partit Nazzjonalista kontra One News, liema ilment kien jikkoncerna ahbar imxandra minn One News fl-ahbarijiet tas-7.30p.m tal-31 ta Mejju, 2010 dwar il-process ta tender tas-SuperYachts fit-tarzna u fejn kien gie rappurtat illi Dr Paul Borg Olivier kien infurmat b allegat korruzzjoni fl-istess process.  Il-Partit Nazzjonalista ikkontenda illi dan is-servizz naqas li jaghti l-verzjoni tal-istess Segretarju Generali tal-PN li kien cahad din l-allegazzjoni mal-istess gurnalista ta One News.

L-Awtorità rat it-traskrizzjonijiet tal-items tal-ahbarijiet relattivi u kif ukoll is-sottomissjonijiet tal-partijiet koncernati u ddecidiet li, minghajr ma tidhol fil-merti tal-kontenut tal-ahbar in kwistjoni, ai termini tal-Ligi tax-Xandir u tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika li japplikaw ghall-bulettin tal-Ahbarijiet u Programmi ta Grajjiet Kurrenti, One TV kellu l-obbligu li jxandar id-dritt ta risposta b konformità mal-istess Htigijiet kif mitlub mill-Partit Nazzjonalista.  Ghalhekk l-Awtorità, ai termini ta Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir, ordnat u iddirigiet lil One News jaqra d-dritt ta risposta hekk kif anness. 

Dritt ta Risposta li ghandu jinqara fit-totalità tieghu kif indikat.

“Fil-31 ta Mejju li ghadda One News kien xandar ahbar dwar l-investigazzjoni li kienet qed taghmel il-Pulizija rigward allegazzjonijiet ta tixhim fil-bejgh tal-facilità tal-jottijiet tat-tarzna.  L-ahbar kienet sostniet li Dr Paul Borg Olivier, Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, kien jaf b dawn l-allegazzjonijiet.  B direttiva tal-Awtorità tax-Xandir qed inxandru dritt ta risposta mitlub mill-Partit Nazzjonalista.

One News naqas milli jghid il-fatti kollha meta fit-tieni servizz tal-31 ta Mejju 2010 b rabta mal-process ta tender tas-SuperYachts, One News ma rrappurtax dak li qal is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista f intervista li ta lill-Krista Caruana ta One News stess u li kienet l-istess gurnalista li ghamlet is-servizz tal-ahbarijiet. F din l-intervista ma One News Paul Borg Olivier qal li huwa qatt ma kellu informazzjoni dwar allegazzjoni ta korruzzjoni.  Ghalhekk, kull xniegha li qed ixandar One News li huwa b xi mod kien jaf b din l-informazzjoni hija skorretta.

Is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista kien rappurtat jghid ukoll li wara li l-ahbarijiet tat-23 ta Mejju 2010 One News identifikah vizwalment, minghajr ma jissemma ismu, li hu kien l-ufficjal gholi tal-Partit Nazzjonalista li rrifera ghalih il-Kap tal-Oppozizzjoni, hass li kien prudenti jmur ghand il-Kummissarju tal-Pulizija biex jichad din l-allegazzjoni.”

Mario Axiak

19 ta Lulju, 2010

Kap Ricerka u Komunikazzjoni 

 Ref:41/10