Akkuza fil-konfront ta Mid Morning Mag fuq 103
li xxandar nhar il-Gimgha 22 ta Mejju 2020
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta Mid Morning Mag ipprezentat minn Colin Fitz li xxandar nhar il-Gimgha 22 ta Mejju 2020 fuq 103. Ghall-habta tal-11:00 fil-programm ixxandret intervista ma Peter Royston, li huwa personal trainer. F din l-intervista, fost affarijiet ohra, Peter Royston tkellem dwar il-fitness programme tieghu. Fl-intervista Peter Royston ta wkoll diversi dettalji dwar kif is-semmiegha jistghu jaghmlu kuntatt mieghu fosthom il-facebook page (Healthy Life Malta; fejn jigi provdut il-programm) kif ukoll permezz tal-mobile personali tieghu li nghata waqt il-programm. Ta min jinnota wkoll li whud mid-dettalji, partikolarment in-numru tal-mobile u l-facebook page kienu sahanistra tqajmu mill-prezentatur Colin Fitz.
Peter Royston qal ukoll li parti mill-hlas ser ikun qed jinghata lil bBrave, li hija NGO Maltija li tahdem kontra l-bullying. Madanakollu, jidher car li l-kontenut inkwistjoni jikkostitwixxi reklam ghal Peter Royston u l-programm Healthy Life Malta u dan sar bi ksur ta Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li ma kienx hemm distinzjoni bejn il-kontenut editorjali u r-reklamar.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv, Dr Joanna Spiteri u lil Arthur Caruana bhala station manager ta 103.
L-Awtorità sabet lill-istazzjon 103 hati b dan il-ksur, izda fic-cirkostanzi li din hi l-ewwel darba li dan il-programm irrifaccja akkuzi, l-Awtorità ddecidiet taghti twissija biex dan ma jergax isehh.
Illum 20 ta Lulju, 2020