Promos fil-Jumejn tas-Silenzju

Promos fil-Jumejn tas-Silenzju

 

Infakkar lill-istazzjonijiet kollha dwar id-direttiva ta’ l-Awtorità dwar xandir matul il-jumejn tas-silenzju u l-Ħtiġijiet ta’ l-Awtorità dwar Standards u Prattika dwar id-Diversi Tipi ta’ Stħarriġ ta’ l-Opinjoni Pubblika mxandra fuq is-Servizzi ta’ Radju u Televiżjoni.

Infakkar ukoll lill-istazzjonijiet li nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu 2008 u nhar is-Sibt, 8 ta’ Marzu 2008 m’għandhomx jixxandru l-ebda promos għall-programmi li jkunu se jsiru wara li jingħalqu l-postijiet ta’ votazzjoni, liema promos ikollhom kontenut politiku anke jekk jirreferu għall-programmi li jkunu se jixxandru biex janalizzaw jew jiddiskutu l-andament jew ir-riżultat ta’ l-elezzjoniijet ġenerali u/jew ta’ l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Dawn il-promos ikunu jistgħu jixxandru biss minn nhar is-Sibt, 8 ta’ Marzu 2008 wara li jkunu għalqu l-postijiet kollha tal-votazzjoni f’Malta u Għawdex.

 

Dr Kevin Aquilina
Kap Eżekuttiv
5 ta’ Marzu 2008
Ref 10/62