[09/10] - Akkuża kontra PBS Ltd. - Bondiplus tat-3 ta' Mejju 2010

Stqarrija: 09/2010

Stqarrija ghall-Midja

Decizjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar Akkuza kontra PBS Ltd. rigward il-Programm Bondiplus tat-3 ta Mejju 2010

F seduta li saret fit-18 ta Mejju 2010, l-Awtorità tax-Xandir semghet akkuza mressqa mill-Kap Ezekuttiv tal-istess Awtorità kontra l-istazzjon Television Malta (TVM) dwar ledizzjoni tal-programm Bondiplus li kienet ixxandret fit-3 ta Mejju 2010. Dan ilprogramm ittratta l-kontenut tal-ktieb ‘Imperium Ewropa – The Book that Changed the World , miktub mis-Sur Norman Lowell, u l-uniku mistieden fil-programm kien l-awtur ta dan il-ktieb. Il-Kap Ezekuttiv akkuza lill-istazzjon li dan il-programm kien kiser ilprovvedimenti ta Artiklu 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir kif ukoll diversi dispozizzjonijiet tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika biex Tingieb ‘il Quddiem l-Ugwaljanza Razzjali. Dawn il-Htigijiet kienu gew fis-sehh f April tas-sena 2007 permezz ta Avviz Legali (L.S. 350.26).

Fis-sottomissjonijiet taghhom quddiem l-Awtorità, kemm il-prezentatur/produttur talprogramm kif ukoll ir-rapprezentanti tal-istazzjon stqarrew, fost hwejjeg ohra, li l-iskop ewlieni tal-programm kien li jesponi x inhuma verament il-hsibijiet ta Norman Lowell u dan anki fid-dawl tar-rizultat elettorali li kien kiseb Lowell fl-ahhar elezzjoni ghall-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-prezentatur u l-istazzjon sahqu li l-programm ried jikkontesta u jxejjen l-argumenti razzisti ta Lowell. L-istazzjon sahaq ukoll li, waqt li kien jirrikonoxxi li hafna mill-kitba ta Lowell kienet kundannabbli, id-dritt fundamentli tal-libertà tal-espressjoni kellha tipprevali fuq konsiderazzjoni ohra.

Kienet x kienet ir-raguni li wasslet biex jittellgha dan il-programm, fl-opinjoni tal-Awtorità id-decizjoni li ttiehdet minn min hu editorjalment responsabbli fl-istazzjon, li lprogramm kellu jixxandar u li kellu jixxandar live minghajr ebda editjar, kienet decizjoni zbaljata. L-Awtorità ma tistax tifhem ghaliex u lanqas ma tista taccetta li kellu jinghata spazju estensiv waqt il-prime time fuq l-istazzjon tal-Istat lil persuna li hija maghrufa ghat-tixrid tal-mibgheda razzjali u ghall-opinjonijiet offensivi taghha, persuna li sahansitra nstabet hatja mill-Qrati Maltin li kisret id-dispozizzjonijiet tal-Kodici Kriminali dwar il-mibgheda razzjali u li ghalhekk inghatat sentenza ta habs sospiza.

Madankollu, ir-responsabbiltà tal-Awtorità f dan il-kaz hija li tezamina l-kontenut taxxandira u tiggudika jekk dan kisirx id-dispozizzjonijiet tal-ligi msemmija fl-akkuza in kwistjoni. F dan ir-rigward, l-Awtorità waslet ghall-konkluzjonijiet segwenti:

Il-programm kien jikkonsisti principalment f diskussjoni bejn il-prezentatur u l-awtur dwar diversi siltiet mill-imsemmi ktieb, siltiet kemm dwar xi teoriji assurdi u surreali li jhaddan Norman Lowell kif ukoll siltiet dwar diversi pregudizzji razzjali li ghandu lawtur, inkluz pregudizzji dwar razez ta kulur iswed, li l-awtur iqishom genetikament inferjuri, u dwar il-poplu Lhudi. F dan ir-rigward, irid jinghad li l-prezentatur ipprepara ruhu tajjeb sabiex ixejjen il-pregudizzji tal-awtur u b mod generali kkonfronta lillmistieden tieghu b mod serju u determinat. Ghalhekk, l-Awtorità ma thossx li tkun gustifikata li tipprocedi b mod ulterjuri fil-konfront ta parti mill-akkuza tal-Kap Ezekuttiv, u cjoé dik il-parti tal-akkuza li tghid li l-istazzjon kiser xi dispozizzjonijiet talHtigijiet dwar Standards u Prattika biex Tingieb ‘il Quddiem l-Ugwaljanza Razzjali.

Min-naha l-ohra, l-Awtorità thoss li kien hemm partijiet tal-programm fejn saret referenza jew gew ikkwotati xi siltiet mill-ktieb ta Lowell li huma manifestament insensittivi u offensivi, u li taw l-opportunità lill-mistieden li jkompli joffendi, li setghu gew evitati. B mod partikolari, l-Awtorità qed tirreferi ghal dawn l-episodji talprogramm:

  • ic-cahda li ghamel il-mistieden tal-Olokawst ta miljuni ta Lhud u      persuni ohra, imwettaq mir-regim Nazista matul it-Tieni Gwerra Dinjija, u      dan meta l-mistieden irrefera ghal dawn il-vittmi bhala ‘s-sitt miljun      fatat , kumment li jidher li hasad ukoll lill-prezentatur li ma gharafx      jirreagixxi ghalih b mod sodisfacenti
  • il-qari ta silta mill-ktieb in kwistjoni fejn l-awtur jipproponi      li ‘dawk b dizabilità severa jew mentalment difettuzi, jew jigu abortiti      jew jinqatlu b mod hanin sa siegha wara li jitwieldu . Il-qari ta din      is-silta tat l-opportunità lill-mistieden biex ikompli joffendi u jespandi      fuq il-proposta tieghu. Sfortunatament, f dan il-kaz, lintervent      tal-prezentatur kien wiehed minimu
  • wara li l-prezentatur qara l-kontenut ta e-mail li qal li kien      ircieva minghand omm li kienet addottat tifla mill-Etiopja, il-mistieden      ghamel stqarrija mill-aktar insensittiva meta qal li ‘kull min addotta a      non-Europid, addotta mhux ikollu, ikollu jitlaq mieghu, biex jekk inti      addottajt baby mill-Kenja, tmur mieghu il-Kenja halli toqghod tiehu gost      bih in its natural habitat. Qed tifhem? Discovery Channel qatt smajt bih?      L-implikazzjonijiet ta dawn il-kummenti ma jistghux ikunu aktar offensivi      ghas-sentiment pubbliku, specjalment fir-rigward ta dawk il-hafna      genituri li ghazlu li jaddottaw trabi ta razza differenti minn taghna.

Fid-dawl ta dawn l-istqarrijiet, li kif digà ntqal, fl-opinjoni tal-Awtorità kienu manifestament offensivi ghas-sentiment pubbliku u li setghu gew evitati, l-Awtorità kkonkludiet li dik il-parti tal-akkuza tal-Kap Ezekuttiv li l-kontenut ta dan il-programm kien kiser id-dispozizzjonijiet ta Artiklu 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir, kienet giet ippruvata u ghalhekk, l-Awtorità qed timponi fuq l-istazzjon il-penali relattiva ta elf mija erbgha u sittin (€1,164) ewro.

Kif digà ntqal qabel f din id-decizjoni, fis-sottomissjonijiet tieghu, l-istazzjon, waqt li ammetta li l-istqarrijiet li ghamel Norman Lowell kienu kundanabbli, sahaq li d-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni kellu jipprevali. Hawnhekk, l-Awtorità trid ittenni dak li kienet qalet f decizjoni li kienet hadet fis-sena 2004, meta anki dakinhar kienet sabet li programm li kien ixxandar fuq stazzjon privat bil-partecipazzjoni ta Norman Lowell, kien kiser l-istess dispozizzjonijiet tal-Att Dwar ix-Xandir, u cjoé li l-Awtorità temmen li d-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni kellu jigi ezercitat fir-rispett taddrittijiet u libertajiet fundamentali ta kull persuna ohra u li din ir-restrizzjoni hija ragonevolment gustifikata f socjetà demokratika. F dan il-kaz partikolari, l-istazzjon tal-Istat, sfortunatament fl-opinjoni tal-Awtorità, qed jiddefendi d-dritt fundamentali tallibertà tal-espressjoni minghajr ebda restrizzjoni ta persuna li hija nnifisha qed tiggieled sabiex iccahhad id-dritt fundamentali ta persuni li jitwieldu b dizabilità li jghixu hajjiethom u d-dritt fundamentali ta dawk il-genituri li jkunu addottaw tarbija ta razza differenti minn taghna ghat-tgawdija tal-hajja tal-familja taghhom.

Mario Axiak B.A. Hons., M.B.A.   (Maastricht), M.I.M.

 27 ta Mejju 2010

Kap Ricerka u Komunikazzjoni