Media Release 8/11
Decizjoni dwar l-Applikazzjonijiet
ghal Status ta Servizz tat-Televizjoni b Oggettivi ta Interess Generali
fuq il-Pjattaforma Digitali mmexxija mill-PBS Ltd.
L-Awtorità kellha quddiemha zewg applikazzjonijiet minn Favourite Channel u Calypso Music TV rispettivament biex jinghataw status ta servizz tat-televizjoni b oggettivi ta interess generali fuq il-pjattaforma digitali mmexxija mill-PBS Ltd.
L-Awtorità tax-Xandir baqghet timxi mal-principji elenkati fil-policy document ta Frar 2009 li fih il-Gvern kien stabbilixxa li l-istazzjonijiet fuq din il-pjattaforma jkunu massimu ta sitta. Bhalissa TVM u Education 22 digà jxandru fuq din il-pjattaforma, u dan minhabba li x-xandir pubbliku huwa kkunsidrat bhala ‘de facto servizz tat-televizjoni b oggettivi ta interess generali.
Sadanittant, l-istazzjonijiet ezistenti li bhalissa jxandru fuq bazi analogue free-to-air ghandhom id-dritt tal-ewwel ghazla biex jingarru fuq din il-pjattaforma. B hekk jifdal spazju wiehed biss ghal stazzjon iehor.
L-Awtorità qiset iz-zewg skedi proposti kif ukoll skedi precedenti taz-zewg stazzjonijiet li kienu ntitolati japplikaw skont Att VIII tal-2011 u kkonkludiet li fic-cirkostanzi, Favourite Channel qed jindirizza ahjar il-kriterji stabbiliti mil-ligi permezz ta Avviz Legali 240 tal-2011 li jelenka l-generi ta programmi li stazzjon irid ikollu biex jinghata status ta servizz tat-televizjoni b oggettivi ta interess generali.
Ghalhekk, l-Awtorità iddecidiet li Favourite Channel ghandu jinghata l-istatus ta servizz tat-televizjoni b oggettivi ta interess generali dment li jintlahaq ftehim mal-PBS Ltd. biex jingarr fuq il-pjattaforma.
Dwar Calypso Music TV, sal-lum, ma jirrispekkjax bis-shih il-kriterji kif elenkati fl-imsemmi Avviz Legali.
| Mario Axiak M.B.A. (Maastricht), M.I.M. | 20 ta Lulju 2011 |
| Kap Ricerka u Komunikazzjoni | Ref 14/05 |