Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar Programmi u Reklami li Jixxandru Matul il-Perijodu 4 ta Mejju sas-6 ta Gunju 2009

Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar
Programmi u Reklami li Jixxandru 
Matul il-Perijodu 4 ta Mejju sas-6 ta Gunju 2009

 

Flimkien ma din ic-cirkulari qed nehmez Direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar Programmi u Reklami li jixxandru matul il-perijodu 4 ta Mejju sas-6 ta Gunju 2009.

Ghandu jigi ccarat li din id-Direttiva qed tinhareg bis-sahha ta Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir u ghalhekk, f kaz li xi stazzjon jikser xi parti minnha, tinhareg akkuza kontra tieghu u, jekk l-akkuza tigi ppruvata, mhux biss ma jkunx possibbli li tinghata twiddiba izda tigi imposta penali amministrattiva li tista tlahhaq massimu ta erbgha u tletin elf u disa mija u erbghin ewro (€34,940).

Ghalhekk, huwa ferm importanti li kull stazzjon jiccirkula, b mod immedjat, din id-Direttiva lill-partijiet kollha interessati, inkluz lid-djar tal-produzzjoni indipendenti, sabiex dawn ikunu mgharrfa bil-kontenut taghha.

F dan l-istadju, b mod partikolari irrid nigbed l-attenzjoni tal-istazzjonijiet ghall-htigijiet ta artiklu 3 ta din id-Direttiva, li fost hwejjeg ohra:

i) jimponu obbligu fuq l-istazzjonijiet kollha li jipprovdu, mhux aktar tard minn nofsinhar ta nhar il-Hamis, 23 t April 2009, skeda dettaljata tal-programmi u reklami li ghandhom jixxandru matul il-perijodu in kwistjoni, ghall-approvazzjoni tal-Awtorità;

ii) jirregolaw il-frekwenza li biha jistghu jippartecipaw il-kandidati ghall-elezzjonijiet in kwistjoni fi programmi mxandra fuq kull stazzjon tax-xandir matul il-perijodu li tkopri din id-Direttiva.

Nigbidlek l-attenzjoni li wara li jigu approvati d-dettalji dwar programmi skond l-artikolu 3 ta din id-Direttiva, l-Awtorita' tapprova t-tibdil ghas-suggetti f kazijiet eccezzjonali biss.

 

Pierre Cassar
Kap Esekuttiv
15 t April 2009
Ref 103/03