[07/21] Deċiżjoni tal-Awtorita tax-Xandir

Stqarrija ghall-Istampa

22 ta Gunju 2021

PR 07/21

 

 

Kuntrarjament ghal dak li qed jigi rrappurtat f xi mezzi tax-xandir illi l-Awtorità tat xi ordni biex jiddahhlu kameras fil-bini tal-habs bil-ghan li jittiehed filmat ta dan il-post, l-Awtorità tichad illi hi qatt ma tat din l-ordni. Id-decizjoni tal-Awtorità tax-Xandir ippubblikata fl-10 ta Gunju, kienet decizjoni biex titratta ilment li kien sar fil-konfront ta produzzjoni li xxandret fil-programm Popolin tat-30 ta April 2021 fuq il-PBS u ghalhekk id-decizjoni kienet specifikament qed tindirizza rimedju li kellu jinghata. Fid-decizjoni taghha l-Awtorità tax-Xandir talbet illi ghandha tittella produzzjoni biex jinghata rimedju ghal dak l-ilment specifiku.