Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

Ċirkulari 04/23

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

 

L-Awtorità tixtieq tavża li nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Lulju 2023, ser ikun qed isir xogħol urġenti fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti. Matul dan il-perjodu jistgħu jseħħu xi interruzzjonijiet fis-servizzi jew inkella qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju. Biex tnaqqas l-impatt għal dan ix-xogħol, filwaqt li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta.

Ix-xogħol mistenni jibda fis-07:30 u jdum madwar 4 sigħat. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-07:00, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Georvin Zammit 
Uffiċjal Tekniku
30 ta’ Ġunju 2023

Ref : 15/61